Simon Cowell se jiġi operat f’dahru wara inċident bir-rota

Simon Cowell kelli jittieħed l-isptar wara li sofra xi ġrieħi f’dahru waqt li kien qiegħed jipprova rota elettrika.

Kelliema għal wieħed mill-ġurija tat-talent show tant magħruf qal li huwa qiegħed jirċievi l-kura fl-isptar. Żiedu jgħidu li Cowell jinsab tajjeb u li qed jiġi osservat mill-aqwa professjonisti.

Huma żiedu jgħidu Simon kien sofra xi ksur f’dahru u li se jkun qed jiġi operat illum stess.

Simon kien pjanat jirritorna għall-ħidma tiegħu fl-Americas’s Got Talent mill-ġimgħa d-dieħla, bl-ewwel live show skedat għall-11 t’ Awwissu.

Il-missier ta’ 60 sena kien reġa’ lura għar-rutina ta’ ġirjiet bir-rota wara li fl-aħħar snin għażel li jibda jgħix ħajja aktar sana.

Share With: