Sirjani mixlijin bi ħsara fi stabbiliment tad-divertiment

Żewġ Sirjani wieġbu mhux ħatja li kkaġunaw ħsara fl-istabbiliment Havana f’Paceville.

Bashar Sheick Ahmad Antar ta’ 19-il sena li jgħix is-Swatar u Usef Sheh Ahmad Haled ta’ 28 sena li joqgħod San Ġwann kienu akkużati li fl-1 ta’ Awwissu li għadda ikkaġunaw ħsara fi proprjetà ta’ Three Sixty Limited.

Iż-żewġ Sirjani, li wieħed jaħdem fit-tqegħid tal-madum u l-ieħor bħala kaħħal, ġew mixlijin ukoll li kisru l-paċi pubblika u li kienu fis-sakra.

Permezz tal-avukati tagħhom Rene Darmanin, Alfred Abela u Arthur Azzopardi huma talbu l-ħelsien mill-arrest.

Il-Maġistrat Victor Asciak laqa’ din it-talba taħt diversi kundizzjonijiet fosthom li jkunu f’darhom bejn it-8.00 p.m. u s-7.00 a.m., li jiddepożitaw €1,000 u li jagħmlu tajjeb b’garanzija personali ta’ €4,000.

Il-prosekuzzjoni fil-konfront taż-żewġ Sirjani, li għandhom ukoll karta tal-identità Bulgara, qed titmexxa mill-Ispettur Leeroy Balzan Engerer.

Share With: