Sliema Wanderers jakkwistaw lill-ex midfielder ta’ Arsenal, Denilson

Sliema Wanderers akkwistaw lill-ex midfielder ta’ Arsenal, Denilson. Dan il-player ta’ 32 sena jilgħab fil-pożizzjoni ta’ midfielder difensiv. Huwa ġej mill-akkademja ta’ Sao Paolo u kien fl-istaġun 2004/05 li għamel id-debutt uffiċjali mat-team tal-kbar. Huwa lagħab 12-il partita magħhom iżda ma rnexxielux jiskorja goal.  

F’Awwissu tas-sena 2006 huwa ġie akkwistat minn Arsenal fejn lagħab 24 partita u skorja goal wieħed biss. Hu kellu ċ-ċans ukoll jilgħab f’żewġ edizzjonijiet tal-UEFA Champions League.  

Wara li telaq lil Arsenal fl-2013, hu reġa’ mar ma’ Sao Paolo sakemm fis-snin ta’ wara kellu wkoll esperjenzi mat-team li jilgħab fl-Emirati Għarab Magħquda Al Waħda  FC kif ukoll fil-Brażil ma’ Cruzeiro u Botafogo.  

Denilson qatt ma lagħab mat-team nazzjonali Brażiljan tal-kbar għalkemm deher sitt darbiet mat-team ta’ taħt is-17-il sena.  

L-akkwist ta’ Denilson hu wieħed prestiġjuż għall-Wanderers li qed jippruvaw isaħħu l-iskwadra wara li l-istaġun li għadda kien wieħed ferm diżappuntanti fejn saħansitra spiċċaw jissieltu biex ma jaqgħux.  

Share With: