Stħarriġ jindika li Grech qed igawdi l-maġġoranza tal-fiduċja tal-votanti tal-PN

Rapporti lokali qed jindikaw li Bernard Grech qed igawdi minn maġġoranza ta’ kważi żewġ terzi tal-membri fil-Partit Nazzjonalista.

Skont stħarriġ li sar mill-MISCO fost 400 membru li ntagħżlu b’mod każwali, Grech jidher li huwa preferut aktar mill-uniku sfidat tiegħu f’din it-tellieqa għal kap. Dawk involuti kienu mitlubin jagħżlu bejn dawn iż-żewġ kontestanti u lil min jippreferu jaraw imexxi lill-partit bħala l-mexxej li jmiss tal-PN.

Jidher li 63% għażlu lil Grech, 17% għażlu lil Delia filwaqt li l-20% naqsu milli jwieġbu.

Share With: