Studju jgħid li t-tfal m’għandhomx immunità għall-Coronavirus u jistgħu jxerrdu l-virus ħafna aktar

Studju ġdid qed iżid mal-evidenza li t-tfal m’għandhomx immunità għall-COVID-19 u jista’ jkollhom irwol akbar biex ixerrrdu l-virus fil-komunità milli kien maħsub. 

Għaldaqstant, il-ġenituri qegħdin ikunu mħeġġa biex iżomm aġġornati mat-tilqim li jridu jingħataw uliedhom. 

Ir-riċerkaturi ta’ Massachusetts General Hospital u ta’ Mass General Hospital għat-tfal sabu li fost 192 tifel u tifla, kien hemm 49 minnhom li ttestjaw pożittiv għall-Coronavirus u kellhom livelli ogħla tal-virus fis-sistemi tan-nifs tagħhom minn adulti li kienu qegħdin jingħataw il-kura fit-taqsimiet tal-kura intensiva. Dan l-istudju ġie ppubblikat il-Ġimgħa li għadda fil-Journal of Pediatrics. 

L-awtur veteran, direttur tal-Mucosal Immunology u riċerkatur bioloġiku fil-Massachusetts General Hospital, it-tabib Alessio Fasano qal li t-tfal m’għandhomx immunità kontra din l-infezzjoni u s-sintomi tagħhom ma huma humiex marbuta b’relazzjoni mal-espożizzjoni u l-infezzjoni. 

L-istudju kien dar tfal li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn żero sa 22 sena li waslu fil-klinika jew fl-isptar b’urġenza u li kienu suspettati li għandhom il-COVID-19. 

Intant, studju ieħor mnn JAMA Neurology jgħid li t-tfal infettati bil-Coronacirus jistgħu jsofru minni danni fil-moħħ, minkejja li ma jkollhom ebda sintomi respiratorji. 

Dan l-istudju skopra li t-tfal kapaċi jġorru livelli għolja tal-virus u għalhekk kapaċi jxerrdu l-marda ħafna aktar. Barra hekk, jidher li kienu biss nofs it-tfal li ġew ittestjati li kellhom sintomi u għalhekk mhux biżżejjed li fil-binjiet ikun hemm scanners għad-deni. 

Hekk kif fl-Istati Uniti għaddej dibattitu sħiħ dwar jekk l-iskejjel għandhomx jiftħu, l-esperti qegħdin jinkwetaw li t-tfal jistgħu joħolqu mewġ oħra ta’ każi jekk l-iskejjel jagħmlu moniteraġġ biss għas-sintomi u ma jiġux adottati miżuri bħal maskri u d-distanzi soċjali. 

Share With: