Tħassib dwar direttivi li waqqfu t-terapija lil persuni b’diżabilità

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) tinsab imħassba bl-aħħar direttivi tal-unjin li minħabba fihom reġgħu twaqqfu s-servizzi ta’ terapija għal tfal b’diżabilità.

Fi stqarrija, is-CRPD qalet li numru ta’ ġenituri kkuntattjaw lill-Kummissjoni u gergru dwar dan. Spjegat li filwaqt li l-Kummissjoni tifhem li l-ħaddiema jridu jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom, min-naħa l-oħra ma jistgħux isejħu ċerti direttivi wara li kien ilhom xhur weqfin minħabba s-sitwazzjoni preżenti. 

Fil-fatt, il-Kummissarju Oliver Scicluna qal li hekk kif is-servizzi ta’ terapija kienu se jerġgħu jibdew jingħataw wara diversi xhur li twaqqfu, id-direttivi tal-unjin reġgħu waqqfu kollox, b’detriment għat-tfal b’diżabilità. 

Share With: