Thiago Silva jista’ jibqa’ ma’ Paris St Germain

Id-difensur ta’ Paris St Germain, Thiago Silva, jista’ jibqa’ jilgħab fil-kampjonat Franċiż maċ-champions Paris St Germain. Dan ġie żvelat mill-player stess meta kien qed jitkellem lejliet il-finali tal-UEFA Champions League li PSG se jilagħbu kontra Bayern Munich.

F’dawn l-aħħar jiem l-ex player ta’ Milan kien qed jissemma’ li jirritorna fis-Serie A fejn apparti r-Rossoneri kienu qed jissemmew Fiorentina wkoll.

Finalment meta mistoqsi dwar il-futur tiegħu, Thiago Silva qal li kollox jiddependi mid-diskussjonijiet li se jkunu qed isseħħu fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Huwa qal li jkun kuntent li jtemm il-karriera ma’ Les Parisiens.

Share With: