Thomas Partey fil-pjani ta’ Juventus

Juventus identifikaw lill-player ta’ nofs il-ground ta’ Atletico Madrid, Thomas Partey, bħala objettiv ieħor li jixtiequ jilħqu għall-istaġun li ġej. Dan il-player għandu 27 sena u spikka ferm mal-Colchoneros kull darba li lagħab fil Liga Spanjola, UEFA Champions League u Copa del Rey. 

Il-ġganti Spanjoli lesti li jħalluh jitlaq għas-somma ta’ €50 miljun. Min-naħa tagħhom, Juventus qed jippjanaw li jdaħħlu lil Federico Bernardeschi u Douglas Costa bħala parti min-negozjati sabiex eventwalment jonqos il-prezz ta’ Partey. 

Thomas Partey huwa mill-Ghana u minn dejjem kien ma’ Atletico Madrid. B’kollox hu lagħab 129 partita u skorja 12-il goal.

Share With: