Tinfetaħ inkjesta wara li priġunier rilaxxat mill-ħabs deher il-Qorti minghajr għassa

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher il-Qorti mhux akkumpanjat minn Uffiċjali tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. 

Il-Ministru ħa dan il-pass immedjatament hekk kif kien mgħarraf bil-każ. 

L-inkjesta se titmexxa mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi. 

It-termini ta’ referenza ta’ din l-inkjesta jitolbu li jistabilixxu l-fatti kollha tal-każ u toffri dawk ir- rakkomandazzjonijiet li tħoss li huma meħtieġa. 

It-terminu tal-inkjesta hu ta’ mhux aktar minn 20 ġurnata. 

Minn informazzjoni preliminari jidher li l-priġunier li qed issir referenza għalih kellu kawżi oħra minbarra dak li deher dwaru quddiem il-Qorti dalgħodu.

Share With: