Tinstab mara mejta fl-Imsida

Inewsmalta tinsab infurmata li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:15 p.m il-Pulizija daħlilha rapport ta’ persuna mejta f’residenza fi Triq ix-Xatt tal-Imsida.

Fil-post intervjenew il-Pulizija mill-għassa tad-distrett kif ukoll dawk mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara Maltija ta’ 45 sena sfortunatament tilfet ħajjitha. Jidher li se tkun qiegħda ssir awtopsja biex tkun ikkonfermata l-kawża tal-mewt tagħha.

Jidher li Pulizija diġà qiegħda tkellem xi persuni li jista’ jkollhom konnessjoni ma’ dan il-każ.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Share With: