Tinsteraq kaxxa ta’ donazzjonijiet mit-Torri ta’ San Tumas f’Marsaskala

Bosta kienu dawk li kkundannaw l-aġir ta’ persuna li serqet kaxxa ta’ donazzjoni mit-Torri ta’ San Tumas f’Marsaskala. Il-kaxxa nsterqet wara tours speċjali qabel il-bidu ta’ perjodu twil ta’ restawr.

Fondazzjoni Wirt Artna qalet li kien proprju waqt l-aħħar tour li persuna daħlet fit-torri u ħarbet bil-kaxxa ta’ donazzjonijiet.

Intant bosta kienu dawk li wrew l-appoġġ tagħhom mal-Fondazzjoni anke permezz ta’ donazzjonijiet.

Share With: