Tkompli s-saga Messi … Manchester City jibqgħu favoriti li jakkwistawh

Wieħed jista’ jsejħilha s-saga tas-sajf dik li għaddej minnha l-istilla Arġentina Lionel Messi. Dan il-player kien fl-aħbarijiet kmieni l-ġimgħa l-oħra meta talab lill-club tiegħu Barcelona sabiex jiġi rilaxxat mill-kuntratt tiegħu.

Huwa qed isostni li wara Ġunju huwa seta’ jingħaqad ma’ min irid iżda l-club Katalan qed iżomm sod u qal li min irid jakkwista lil Messi jrid joħroġ mill-but s-somma ta’ €700 miljun bħala parti mill-klawsola li hemm fl-istess ftehim. Huma qed isostnu li dan il-ftehim għadu validu u jekk club prospettiv ma joħroġx din is-somma, mhux se jkun jista’ jakkwista lill-player ta’ 33 sena.

Sadanittant diversi ġurnali Spanjoli qed iġibu din l-istorja bi prominenza fil-paġni ta’ quddiem tagħhom filwaqt li qed isostnu li Messi qed jipprotesta silenżjuz talli l-club li ilu miegħu matul ħajtu kollha qed jagħmillu l-bsaten fir-roti biex jasal għall-objettiv tiegħu. Fil-fatt huwa rrifjuta li jagħmel is-swab test regolari ta’ kull ġimgħa mal-Katalani, bid-diriġenti li xejn m’huma kuntenti b’din l-attitudni. Messi għamilha ċara li jrid jitlaq minn Nou Camp akkost ta’ kollox u informa lill-aġent tiegħu biex jirsistilu għal dan kollu. 

Ħafna qed iqisu dan it-trasferiment bħala wieħed storiku minħabba li qed jinvolvi player li matul dawn l-aħħar snin dejjem kien minn ta’ quddiem għar-rebħ ta’ diversi unuri personali fosthom il-Ballun tad-Aeheb u l-Aqwa Player tas-sena. . 

Dawn il-ġurnali qed isostnu li l-futur ta’ Messi huwa mdendel għalkemm is-sitwazzjoni tista’ tieħu żvolta interessanti fil-jiem li ġejjin minkejja li ż-żewġ naħat qed iżommu sod biex jieħdu d-drittijiet tagħhom.

Manchester City baqa’ t-team li jinsab favorit li jieħu lill-player internazzjonali Arġentin minħabba l-fatt li l-coach Pep Guardiola jaf sew lil Messi wara li kkowċjah ftit tas-snin ilu meta kien fit-tmun tal-Katalani.

Share With: