Tliet irġiel jiġu salvati minn fuq gżira abbandunata wara li kitbu SOS fuq ir-ramel

Tliet irġiel ġew salvati minn fuq gżira żgħira fil-Paċifiku wara li kitbu “SOS” kbira fir-ramel li ntlemħet mill-ajru.

L-irġiel kienu ilhom neqsin fl-arċipelagu ta’ Micronesia għal kważi tlett ijiem meta s-sejħa tagħhom għall-għajnuna ntemħet fuq il-gżira ta’ Pikelot minn ħaddiema tas-salvataġġ.

L-irġiel apparentament telqu minn Pulawat nhar it-30 ta’ Lulju li għadda abbord dgħajsa ta’ seb’a metri, u kellhom l-intenzjoni li jbaħħru 43 kilometru lejn Pulap. Madankollu huma spiċċaw intilfu u ħlew il-fjuwil.

Wara li kienu rapportati neqsin, il-bastiment militari Canberra mar fiż-żona u ngħaqad fl-operazzjoni ta’ tiftix.

Eventwalment it-tliet irġiel instabu f’kundizzjni ta’ saħħa tajba minn ħelikopter militari Awstraljan li rnexxielu jinżel fuq il-bajja u jipprovdilhom ikel u ilma, qabel ma ġew salvati minn dgħajsa.

Share With: