Tmien każi ta’ COVID-19 f’burdell fi Spanja… Biża’ li min attenda ma jmurx għat-test biex ma jinkixifx

F’Alcazar de San Juan fi Spanja, f’burdell, faqqgħet il-COVID-19, hekk kif instabu tmien nisa pożittivi għal din l-imxija. Il-problema prinċipali u l-biża’ tar-residenti hija li potenzjalment dawk li marru l-burdell ma jkunux iridu jikxfu għawwarhom, l-aktar jekk huma miżżewwġin jew f’relazzjoni serja. 

Dan ikkonfermah ukoll id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika Spanjol, fejn qal li l-contact tracing se jkun wieħed diffiċli biex isir. Minkejja dan kollu, l-appell tal-awtoritajiet Spanjoli huwa li kull min mar f’dan il-burdell għandu jagħmel swab test immedjatament.

Share With: