Tmien snin mill-mewt tal-Perit Duminku Mintoff

“Malta l-ewwel u qabel kollox.” Dan jibqa’ l-kliem li jidwi f’widnejn il-Maltin meta jisimgħu u jitkellmu dwar l-eks-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Duminku Mintoff. 

Illum hu t-tmien anniversarju mill-mewt tiegħu. 

Mintoff kien magħruf bħala wieħed mill-ġganti tal-politika soċjalista f’Malta, li għen biex pajjiżna jibni sistema tajba tas-sigurtà soċjali, jinbnew korporazzjonijiet importanti fil-pajjiż u anke jitjieb il-livell tal-għajxien tal-Maltin. Barra hekk, kien kruċjali biex Malta ssir ħielsa mill-kmand tal-imperu Ingliż. 

Jibqa’ magħruf bħala l-istatista li għamel ħafna ġid f’dan il-pajjiż u rnexxielu jiġġieled l-agħar forom tal-faqar. 

Share With: