Troy Deeney fir-radar ta’ Tottenham

Watford offrew lill-attakkant Ingliż Troy Deeney lil Tottenham Hotspur. Dan wara li l-Hornets ġew relegati mill-Premier League għaċ-Championship.

Spurs qed jaħsbu fuq il-possibbiltá li jieħdu lil Deeney fuq bażi ta’ self b’Watrord iżda jridu jbiegħuh.

Deeney għandu 32 sena u ilu ma’ Watford għaxar snin u minn dak iż-żmien  hu lagħab 368 partita u skorja 124 goal. Huwa kellu esperjenzi wkoll ma’ Walsall u Halesowen Town.

Il-coach ta’ Tottenham Hotspur, Jose Mourinho, jixtieq attakkant ieħor li jikkumplimenta lill-iskorer ewlieni Harry Kane għall-istaġun li ġej u Deeney jista’ jkun is-soluzzjoni.

Share With: