Trump jgħid li sema’ li Harris “ma tikkwalifikax” għall-kariga li ġiet appuntata għaliha

Il-President Amerikan Donald Trump qal li huwa sema’ li Kamala Harris – l-id il-leminija ta’ Joe Biden fl-elezzjonijiet tal-Istati Uniti f’Novembru li ġej – “ma tikkwalifikax” biex isservi bħala Viċi President tal-Istati Uniti. 

Trump kien qiegħed jagħmel referenza gat-teorija legali li bosta jqisuha bħala waħda razzista. Harris kienet imwielda ġewwa Oakland California minn missier mill-Ġamajka u omm mill-Indja fl-20 ta’ Ottubru tal-1964.

Għal snin sħaħ Trump kien ippromwova t-teorija falza magħrufa bħala “birther” li tgħid li l-eks President Barack Obama ma kienx imwieled fl-Istati Uniti tal-Amerika u b’hekk qatt ma seta’ jkun President. Issa jidher li din it-teorija qiegħda tiġi allaċċata wkoll ma’ Harris. 

Harris, li hija senatur minn California, kienet iddikjarata bħala l-id il-leminija ta’ Joe Bidien li huwa l-kandidat ewlieni tad-Demokratiċi għall-elezzjonijiet presidenzjali li se jsiru f’Novembru li ġej. Jekk jirbaħ Bidien, Harris tkun il-Viċi President. 

Waqt konferenza li kien qiegħed jagħti, Trump kien mistoqsi dwar l-argumenti kontra Harris. Trump qal li, “għandi kif smajtha llum li hija ma tilħaqx ir-rekwiżiti għall-kariga.” Huwa żied jgħid li l-avukat li kiteb il-liġi huwa wieħed kwalifikat u intelliġenti. Trump tenna li, “m’għandi l-ebda idea jekk dan hux minnu. Jiena nassumi li l-Demokratiċi jkunu ċċekkjaw l-affarijiet qabel għażluha għal din il-kariga.”

Trump żied jgħid li hija xi ħaġa serja jekk hu minnu li hi ma tikkwalifikax għax ma twilditx fl-Istati Uniti. Dwar dan il-ġurnalist li għamel il-mistoqsija qal li ma hemm l-ebda dubju li Harris twieldet fl-Istati Uniti, iżda sempliċiment li jista’ jkun li l-ġenituri tagħha dak iż-żmien ma kellhom il-permess legali għal residenza. 

Share With: