UCL: Floriana jittellgħu kontra CFR Cluj

Meta l-bieraħ ittellgħu l-poloz tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League, ir-rappreżentanti Maltin Floriana, ittellgħu biex jilagħbu kontra r-Rumeni ta’ CFR Cluj.

Bla dubju, dan il-konfront se jkun wieħed diffiċli għal fatt li dan il-club, li twaqqaf fl-1907, kiseb il-promozzjoni għall-ogħla diviżjoni fl-2002-03 … u fl-2007-08 rebaħ l-ewwel kampjonat tiegħu … biex fl-istess waqt temm il-monopolju ta’ 17-il sena konsekuttiva tat- timijiet minn Bucharest.

Dan ir-rebħ tal-kampjonat kien il-preludju tas-suċċess hekk kif f’dawn l-aħħar 12-il sena huma rebħu ħames darbiet il-kampjonat u erba’ darbiet it-tazza tal-pajjiż kif ukoll kien finalisti tal-UEFA Intertoto (2005).

F’din il-kompetizzjoni huma ħadu sehem ħames darbiet fejn erbgħa minnhom waslu sal-fażi tal-gruppi għaldaqstant hija konferma tal-qawwa li jippossjiedu dawn l-avversarji.

Dawn kienu fl-istaġuni 2008-09 (Grupp A v Ro­ma, Chelsea, Bordeaux); 2010-11 (Grupp E v FC Basel, Roma, Bayern Munich); 2012-13 (Grupp H v Braga, Manchester United, Galatasaray); 2019-20 (Grupp E v Lazio, Celtic, Rennes) … u l-Aħħar 16 (Sevilla) fil-UEFA Europa League permezz tat-tielet post fil-Gruppi tal-istess UEFA Champions League.

Il-poloz kollha intlagħbu hekk:

Ferencvaros (Ungerija) vs Djurgarden (Svezja)

Celtic (Skozja) vs KR Reykjavik (Islanda)

Legia Warsa (Polonja) vs Drita/Linfield

Sheriff (Moldova) vs Fola Esch (Lussemburgu)

Connah’s Quay (Wales) vs Sarajevo (Bosnja)

Red Star (Serbja) vs Europa (Ġibiltá)

Buducnost (Montenegro) vs Ludogorets (Bulgarija)

Ararat (Armenja) vs Omonia (Ċipru)

Floriana (Malta) vs CFR Cluj (Rumanija)

Maccabi Tel-Aviv (Iżrael) vs Riga (Latvja)

Qarabag (Azerbaijan) vs Sileks (Maċedonja)

Dinamo Tbilisi (Georgia) vs Tirana (Albanija)

Dynamo Brest (Belarus) vs Astana (Kazakhstan)

Molde (Norveġja) vs KuPS (Finlandja)

Flora Tallinn (Estonja) vs Suduva (Litwanja)

Celje (Slovenja) vs Dundalk (Irlanda)

KI (Faroe I.) vs Slovan Bratislava (Slovakkja)

*Jintlagħbu fis-25/26 ta’ Awwissu

Share With: