UEL: Hibernians jgħaddu, Sirens jitilfu fil-ħin miżjud

Minbarra Valletta, iż-żewġ timijiet Maltin l-oħra li pparteċipaw fl-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, Hibernians u Sirens, kellhom fortuni differenti, hekk kif lagħbu barra minn xtutna.

Dan minħabba li Hiber­nians ikkwalifikaw meta għelbu lil Vaduz (Liechtenstein) bl-iskor ta’ 2-0 filwaqt li Sirens, fl-ewwel dehra tagħhom fil-kompetizzjonijiet Ewropej, sfaw megħluba minn CSKA Sofia (Bulgarija) bl-iskor ta’ 2-1 liema telfa waslet fil-ħin miżjud.

Il-protagonista tal-Paw­listi kien, bla dubju, kien Jurgen Degabriele (34, 56) li skorja ż-żewġ goals.

L-ewwel goal wasal minn xutt minn barra l-kaxxa li ġie devjat minn difensur avversarju u t-tieni meta bidel il-ballun ma’ Bjorn Kristensen qabel xeħet fix-xibka.

L-istess Kristensen (64) tkeċċa għal żewġ karti sofor.

Sirens fetħu l-iskor minn Maia Da Silva (69) li iżda minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima falla penalty meta x-xutt tiegħu ġie salvat mill- goalkeeper Busatto.

Il-goals tal-Bulgari waslu minn Ahmed Ahmedov (75) u Ali Sowe (91).

Share With: