Uros Ljubomirac iġedded il-kuntratt ma’ Balzan

Uros Ljubomirac għażel li jtawwal l-esperjenza tiegħu ma’ Balzan FC meta ffirma kuntratt ġdid ta’ sena.

Il-winger Serb irriżulta bħala wieħed mill-aqwa players ta’ Balzan matul l-aħħar staġuni u għalkemm kien hemm ineteress fih minn xi clubs oħra, huwa ddeċieda li jibqa’ ma’ Balzan.

Il-midfielder ta’ 30 sena beda jilgħab ma’ Balzan lura fl-2017 u minn dakinhar  eċċella bil-wirjiet tiegħu, fejn kien ukoll wieħed mill-players prominenti fit-team li rebaħ l-FA Trophy fl-2019.

Sa issa ma’ Balzan huwa lagħab 80 partita u skorja 18-il goal.

Share With: