Vaċċin Awstraljan kontra l-Coronavirus jgħaddi mill-ewwel testijiet… jista’ jkun disponibbli sa tlieta jew erba’ xhur oħra

Vaċċin kandidat għal kontra l-Coronavirus, li qed jiġi żviluppata mix-xjentisti ta’ Adelaide, għadda mill-ewwel fażi ta’ testijiet fuq il-bniedem u jista’ jkun disponibbli sa tlieta jew erba’ xhur oħra. 

Dan il-vaċċin, li ingħata l-isem ta’ COVAX-19, instab li hu sigur u li jiġġenera rispons immunitarju fil-parteċipanti li ħadu sehem f’dawn it-testijiet fuq 40 persuna. 

Il-vaċċin ġie żviluppat mill-kumpanija Vaxine u r-riċerkaturi fl-Università ta’ Flinders. Dan hu l-ewwel vaċċin kandidat li għadda mill-ewwel fażi ta’ testijiet fl-Awstralja. Barra hekk, hu wkoll wieħed mill-ftit li rnexxielhom ikomplu għall-fażi li jmiss minn fost dawk kollha li qegħdin jiġu ttestjati madwar id-dinja. 

Issa jmiss it-tieni fażi, fejn mistennija jiġu involuti bejn 400 u 500 voluntier. Din mistennija tibda f’Settembru. 

Diġà qegħdin isiru negozjati mar-Renju Unit u mal-Kanada biex jagħtu fondi għat-tielet fażi, fejn imbagħad isiru testijiet fuq 50,000 voluntier. 

Share With: