Vincent Kompany jirtira minn player biex jikkonċentra fuq il-coaching

L-ex captain ta’ Manchester City, Vincent Kompany, irtira minn player hekk kif  ġie appuntat bħala l-coach il-ġdid ta’ Anderlecht fil-Belġu fejn iffirma kuntratt ta’ erba’ snin.

Kompany ħalla lil Manchester City fis-sajf li għadda u ssieħeb ma’ Anderlecht bħala player-coach. Huwa se jkun qed jieħu post l-ex coach Franky Vercauteren.

Kompany qal li issa huwa l-mument li jiffoka 100% fuq il-kariga ta’ coach filwaqt li jittama’ li jkun jista’ jgħin lil Anderlecht jaddattaw għal stil modern ta’ football.

Mas-City, Kompany qatta’ 11-il sena, tmienja minnhom bħala captain, fejn lagħab 350 darba u rebaħ erba’ darbiet il-Premier League, erba’ darbiet il-League Cup u darbtejn l-FA Cup. Hu lagħab ukoll 89 darba għal pajjiżu, il-Belġju, fejn kien parti mill-iskwadra li spiċċat fit-tielet post fl-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fir-Russja.

Intant, il-Kap Eżekuttiv ta’ Anderlecht, Karel van Eetvelt, irrimarka li dan minn dejjem kien il-pjan tagħhom. Huwa: “Jista’ jkun li l-ħatra ta’ Kompany bħala coach waslet iktar kmieni milli skedat, iżda din l-aħbar hija waħda mill-isbaħ għall-club, il-partitarji u l-players tagħna.”

Kompany se jkun qed jibda bl-impenji tiegħu b’mod uffiċjali bħala coach nhar il-Ħadd li ġej meta Anderlecht jaffrontaw lil Mouscron.

Share With: