“Vjaġġar b’kundizzjoni ta’ ċertifikat għall-kontroll tal-imxija tal-COVID” – CSN

Is-CSN qiegħed jipproponi biex fid-dawl “tal-ikbar żieda ta’ każijiet li rat Malta s’issa ta’ COVID-19”, viżitaturi li jgħaddu mill-ajruport ta’ Malta jkollhom xi forma ta’ ċertifikat li jindika test negattiv tal-coronavirus. “Persuni li ma jistgħux jipproduċi evidenza ta’ swab test riċenti għandhom jieħdu wieħed lokali u jibqgħu fi kwarantina mandatorja sakemm jinħareġ riżultat.” 

Din il-proposta qiegħda titressaq wara “l-imxija xokkanti tal-COVID-19 f’Malta f’dawn l-aħħar ġimgħat.” Is-Soċjetà Ċivili qalet li minħabba ż-żieda ta’ każijiet spontanji li rriżultaw mill-iswab tests riċenti, jidher li hemm bżonn xi forma ta’ kontroll li hija aktar robusta “mill-miżuri fjakki li mexxa l-Prim Ministru Robert Abela”. 

CSN qalet li hi tittama li-Gvern jibda jisma’ mill-esperti tobba biex is-saħħa pubblika terġa’ mill-ġdid tkun l-ewwel prijorità. Filwaqt li t-testijiet kuljum għandhom ikomplu jiżdiedu, irid ikun hemm aktar miżuri biex titwaqqaf il-firxa, fosthom ir-regola (u l-infurzar tagħha) biex ma jkunx hemm aktar minn 8 fi grupp, biex tiġi limitata l-possibbiltà ta’ clusters.  

Share With: