Wara aktar minn xahrejn Malta b’aktar minn 200 każ attiv; Rapportati 16-il każ ġdid

Wara aktar minn tliet xhur Malta reġgħet qabżet il-200 każ attiv, wara li fis-sigħat li għadew kienu reġistrati 16-il każ ġdid ta’ Covid-19. Il-każi rriżultaw minn 1,502 swab test, bit-total kumplessiv ta’ każi attivi issa jlaħħaq il-213-il każ.

Malta kienet ilha taħt il-200 każ sa mill-25 ta’ April li għadda, meta dakinhar kien hemm 195 każ attiv.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li mill-każi tal-lum kien hemm ħames persuni li jagħmlu parti mill-cluster tal-festa ta’ Santa Venera. Dan filwaqt li kien hemm żewġ każi oħrajn mill-cluster ta’ Paceville, b’ħames każi oħrajn li huma relatati ma’ każi oħrajn li huma magħrufin. Fl-istess waqt kien hemm erba’ każi li huma meqjusin bħala sporadiċi.

Share With: