Wara li Jason Azzopardi jgħid li f’ħajtu qatt ma ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech … ifeġġ ritratt tiegħu jitkellem ma’ Fenech

Wara li f’battibekk fuq il-midja soċjali d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li f’ħattu qatt ma ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta’ DaphneCaruana Galizia, ftit tal-ħin kien ippubblikat ritratt tal-istess deputat Nazzjonalista li jidher jitkellem ma’ Fenech.

Fl-istess battibekk l-istess deputat Nazzjonalista wieġeb “iva naħlef” meta mistoqsi jekk huwiex lest jaħlef li ġie mogħti “days by the pool u weekend breaks minn Yorgen Fenech f’dawn l-aħħar sentejn”.

Teħid ta’ pożizzjoni min-naħa ta’ Azzopardi li wasslet għar-reazzjoni ta’ Patricia Fenech, omm Yorgen Fenech li qalet li jidher li Azzopardi dan l-aħħar għandu problema bil-memorja. Patricia Fenech staqsieti jekk jaffermax li huwa qatt ma ltaqa’ ma Yorgen Fenech f’ħajtu. Dan filwaqt li stednitu biex jaħseb fil-fond.

Share With: