Waterpolo: Birżebbuġa jissorprendu lil Sirens

Ritratt: Dominic Borg

Birżebbuġa……………………………….. 9

Sirens………………………………………… 8

(3-1, 2-2, 1-2, 3-3)

B’mod sorprendenti, Bir­żebbuġa għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 9-8 biex fl-istess waqt ikkwalifikaw għall-Kampjo­nat Premier.

Min-naħa l-oħra din kienet l-ewwel telfa għal Sirens, li jidhru li qed iħossu ferm in-nuqqas tal-goalkeeper Nicky Grixti li ngħaqad ma’ Sliema.

Għat-team min-nofs in-nhar ta’ Malta, l-aqwa skorers kienu David Pace Lupi u David Cutajar li rreġistraw hat-trick waqt li għal Sirens kien Matthew Sciberras, ukoll bi tliet goals.

Birżebbuġa ħarġu fuq l-offensiva u rebħu l-ewwel  sessjoni bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals jaslu minn David Pace Lupi minn man-up wara li tkeċċa John Napier, Julian Farrugia u Matthias Bonnici. L-uniku goal għal Sirens wasal minn Matthew Sciberras.

Fit-tieni sessjoni, irrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 2-2 bl-iskorers għal Sirens ikunu Ken Erdogan u Matthew Sciberras, waqt li David Cutajar (2) wieġeb għal Birżebbuġa bl-ewwel goal jasal minn vantaġġ numeriku wara li tkeċċa Ken Erdogan.

Sirens rebħu t-tielet sessjoni b’punteġġ ta’ 2-1 bl-awturi tal-goals ikunu Matthias Azzopardi minn man-up wara li tkeċċa Neil Cassar u Ken Erdogan ukoll minn sitwazzjoni ta’ player iktar wara li tkeċċa Paul Serracino. Julian Farrugia skorja l-goal waħdani għal Birżebbuġa.

Ir-raba’  sessjoni pprodu­ċiet xejn inqas minn sitt goals hekk kif din intemmet fi draw ta’ 3-3. David Pace Lupi (2) u David Cutajar niżżlu  isimhom fil-lista tal-isko­rers għal Birżebbuġa.

Għal Sirens skorjaw Mik­hael Cutajar minn man-up wara li tkeċċa David Pace Lupi, Matthew Sciberras wa­ra li tkeċċa Christian Mifsud, u Isaiah Riolo.

Birżebbuġa: 1-Marco Rossi, 2-Julian Farrugia (2), 3-Neil Cassar, 4-David Pace Lupi (3), 5-Christian Mif­sud, 6-Paul Serracino, 7-Simon Vassallo, 8-David Cutajar (3), 9-Matthias Bonnici (1), 10-Max Borg, 11-Russell Spiteri, 13-Zachary Farrugia Seychell, 13-Matthew Sladden – Coach: Pierre Borg

Sirens: 1-Owen Gauci, 2-Ja­ke Ciantar, 3-Ken Erdogan (2), 4-Gabriel Mellilo, 5-Jerome Zerafa Gregory, 6-Ganni Farrugia, 7-Lucas Falzon, 8-Isaiah Riolo (1), 9-John Napier, 10-Gabriel Sammut, 11-Matthias Azzopardi (1), 12-Matthew Sciberras (3), 13- Mikhael Cutajar (1), 14-Tristan Said –  Coach: Marko Orlovic

Referees: Stefano Pinato, Peter Balzan

Share With: