Waterpolo: Faċli għal San Ġiljan kontra Sirens

Ritratt: Dominic Borg

San Ġiljan ….. 12

Sirens …………. 2

(4-1, 6-0, 2-1, 0-0)

San Ġiljan kien wisq b’saħħithom għal Sirens hekk kif għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 12-2 fejn għalihom impressjona ferm Ben Plumpton li rreġistra poker.

Mal-ftuħ tal-partita huma għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari hekk kif rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bil-goals  jaslu minn Ben Plumpton, Darren Zammit, Dino Zammit u Andreas Galea.

Min-naħa l-oħra l-uniku goal għal Sirens wasal minn Matthew Sciberras minn man-up wara li tkeċċa Darren Zammit.

Fit-tieni sessjoni San Ġiljan komplew jiddominaw u skorjaw sitta mingħajr risposta biex b’hekk aċċertaw ruħhom mill-punti massimi. Il-protagonisti kienu Ben Plumpton li skorja tripletta, Dino Zammit li rreġistra doppjetta, bl-ewwel goal tiegħu jasal minn man-up wara li tkeċċa Tristan Said, u Matthew Zammit.

It-tielet sessjoni kienet aktar bilanċjata hekk kif din intemmet bl-iskor ta’ 2-1 favur is-Saints bl-awtur taż-żewġ goals  ikun il-captain Matthew Zammit. Matthias Azzopardi wieġeb għat-team minn San Pawl il-Baħar.

L-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta’ mingħajr goals, b’dan ir-riżultat ferm rari fil-logħba tal-waterpolo jiġi rreġistrat għat-tieni darba waqt sessjoni waħda matul dan l-istaġun.  

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Keith Tanti, 3-Andreas Galea (1), 4-Ben Grech, 5-Marco Mannino, 6-Matthew Zammit (3), 7-Ben Plumpton (4), 8-Jake Bonavia, 9-Zack Micallef, 10-Darren Zammit (1), 11-Paul Fava, 12-Dino Zammit (3), 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva Coach: Dorian Pisani

Sirens: 1-Owen Gauci, 2-Jake Ciantar, 3-Ken Erdogan, 4-Gabriel Mellilo, 5-Jerome Zerafa Gregory, 6-Ganni Farrugia, 7-Lucas Falzon, 8-Isaiah Riolo, 9-John Napier, 10-Gabriel Sammut, 11-Matthew Sciberras (1), 12-Matthias Azzopardi (1), 13-Gianni Galea Curmi, 14-Mikhael Cutajar, 15-Tristan Said Coach: Marko Orlovic

Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri

Share With: