Waterpolo: Marsaskala jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun

Ritratt: Dominic Borg

Marsaskala …………… 5

Birzebbugia …………. 4

(0-0, 1-0, 2-1, 2-3)

F’partita li pproduċiet biss disa’ goals, Marsaskala kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Birzebbugia bl-iskor ta’ 5-4. Kien mistenni ferm iktar minn dawn tal-aħħar speċjalment wara r-rebħa ta’ 9-8 kontra Sirens li biha assiguraw post fil-Kampjonat Premier.

Min-naħa l-oħra, m’hemmx dubju li din ir-rebħa se tkun qed tgħin bis-sħiħ biex tgħolli l-moral tal-Iskalin fl-impenji tagħhom fl-Ewwel Diviżjoni, fejn żgur li flimkien ma’ Valletta u Marsaxlokk huma se jkunu sfidanti ewlenin għar-rebħ tat-titlu.

L-aqwa skorers taż-żewġ timijiet kienu Malcolm Manara (Marsaskala) u Neil Cassar (Birżebbuġa) b’żewġ goals kull wieħed.

L-ewwel sessjoni ntemmet fi draw ta’ mingħajr goals, b’din tkun l-ewwel darba matul dan l-istaġun li sessjoni ntemmet b’dan l-iskor.

Marsaskala rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor minimu ta’ 1-0 bil-goal uniku jasal minn Malcolm Manara minn man-up wara li tkeċċa l-veteran David Cutajar.

It-team immexxi mill-coach, Arpad Babay, rebaħ ukoll it-tielet sessjoni iżda din id-darba b’punteġġ ta’ 2-1 bl-iskorers  ikunu l-veteran Paul Privitera u Malcom Manara, Filwaqt li David Cutajar wieġeb għal Birzebbugia.

Fir-raba’ sessjoni Birżebbuġa wettqu reazzjoni u rebħuha 3-2 iżda xorta ma kien biżżejjed biex setgħu jsalvaw il-logħba.

L-awturi tal-goals għalihom kienu Neil Cassar (2) bit-tieni goal  jasal wara li tkeċċa  Kyle Navarro, u Simon Vassallo ukoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Malcolm Manara.

Għall-Iskalin skorjaw Ayrton Camenzuli u Max Aquilina, bil-goal ta’ dan tal-aħħar jasal minn vantaġġ numeriku wara t-tkeċċija ta’ Neil Cassar.  

Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Ayrton Camenzuli (1), 4-Paul Privitera (1), 5-Max Aquilina (1), 6-Liam Grixti, 7-Kyle Navarro, 8-Malcolm Manara (2), 9-Luca Felice, 10-Jan Culic, 11-Reinhard Attard, 12-Dalton Camilleri, 13-Aiden Muscat Coach: Arpad Babay

Birzebbugia: 1- Marco Rossi, 2-Julian Farrugia, 3-Neil Cassar (2), 4-David Pace Lupi, 5-Christian Mifsud, 6-Paul Serracino, 7-Simon Vassallo (1), 8-David Cutajar (1), 9-Matthias Bonnici, 10-Max Borg, 11-Russell Spiteri, 13-Zachary Farrugia Seychell, 13-Matthew Sladden Coach: Pierre Borg

Referees: Peter Balzan, Giuliana Nicolosi

Share With: