Waterpolo: Neptunes jirbħu Grupp A b’punti massimi

Ritratt: Dominic Borg

Neptunes ………… 9

Sirens ………………… 4

(2-0, 2-1, 3-0, 2-3)

Neptunes komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom meta għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 9-4. Dawn tal-aħħar kienu għadhom ġejjin minn disfatta bit-telfa ta’ 9-8 kontra Birzebbugia, u b’hekk żgur li niżlu għal din il-partita b’moral baxx. Din ir-rebħa fissret li Neptunes rebħu Grupp A b’punti massimi.

Għat-team mill-Balluta, bħal dejjem reġa’ spikka l-captain Steve Camilleri, li skorja aktar minn nofs il-goals tat-team tiegħu, jiġifieri ħamsa.

Neptunes ħarġu tajjeb u fl-ewwel sessjoni skorjaw tnejn mingħajr risposta permezz ta’ Steve Camilleri u Jake Muscat.

Huma rebħu wkoll it-tieni sessjoni iżda din id-darba b’punteġġ ta’ 2-1, bi Stevie Camilleri u ħuh Jordan isibu x-xibka filwaqt li Isaiah Riolo minn man-up wara li tkeċċa Jake Muscat, skorja l-uniku goal għat-team minn San Pawl il-Baħar.

Fit-tielet sessjoni, it-team immexxi mill-coach, Jovan Popovic, ħa r-riedni tal-logħba għal kollox  u rebaħha bl-iskor ta’ 3-0, bl-awturi jkunu Stevie Camilleri, Jordan Camilleri u Nikolai Muscat.

Iżda fir-raba’ sessjoni Sirens wettqu reazzjoni u rebħuha 3-2 iżda xorta waħda ħarġu b’idejhom vojta minn dan il-konfront.

Għalihom skorjaw Lucas Falzon minn man-up wara li tkeċċa Gabriel Pace, Matthew Sciberras u Jerome Zerafa Gregory ukoll minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li reġa’ tkeċċa Gabriel Pace. Għal Neptunes wieġeb Steve Camilleri biex għaqqad iċ-cinquina.

Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (1), 3-Luke Calleja, 4-Gabriel Pace, 5-Sebi Busuttil, 6-James Spiteri Staines, 7-Stevie Camilleri (5), 8-Jordan Camilleri (2), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit (1), 11-Alec Fenech, 12-Sam Gialanze, 13-Benji Busuttil, 14-Mark Castillo Coach: Jovan Popovic

Sirens: 1-Owen Gauci, 2-Jake Ciantar, 3-Ken Erdogan, 4-Gabriel Mellilo, 5-Jerome Zerafa Gregory (1), 6-Ganni Farrugia, 7-Lucas Falzon (1), 8-Isaiah Riolo (1), 9-John Napier, 10-Gabriel Sammut, 11-Matthias Azzopardi, 12-Matthew Sciberras (1), 13-Mikhael Cutajar, 14-Tristan Said Coach: Marko Orlovic

Referees: Ronnie Spiteri, Stefano Pinato

Share With: