Wolves qed juru interess f’Idrissa Gueye

Wolverhampton Wanderers huma interessati li jiksbu s-servizzi tal-player ta’ nofs il-ground ta’ Paris St Germain, Idrissa Gueye. Huwa għandu 30 sena u jinsab mal-lista ta’ players li mistennija jitilqu mill-belt kapitali Franċiża. 

Gueye ingħaqad ma’ Paris St Germain matul is-sajf li għadda mingħand Everton. Huwa lagħab 20 partita maċ-champions Franċiżi u sab ix-xibka darba biss.

Gueye jilgħab bħala midfielder difensiv bil-coach ta’ Wolves, Nuno Espirito Santo,  jixtieq lil dan il-player fis-sistema tattika tiegħu għall-istaġun li ġej. Anke l-istess Gueye huwa ħerqan li jerġa’ jilgħab fil- Premier Ingliż wara l-esperjenzi li kellu ma’ Everton u Aston Villa. 

Share With: