Żewġ players ta’ Aberdeen pożittivi għal Covid-19

Il-logħba mill-kampjonat Premier Skoċċiż bejn St Johnstone u Aberdeen kellha tiġi posposta għal data mhux magħrufa wara li żewġ players instabu pożittivi għall-Covid-19. Dawn iż-żewġ players ta’ Aberdeen marru jagħmlu l-iswab test b’mod normali u nstabu pożittivi wara li ġew analizzati r-riżultati tagħhom.

Wara dan kollu ġie deċiż ukoll li sitt players oħra ta’ Aberdeen imorru f’iżolament wara li kienu f’kuntatt ma’ dawk pożittivi.

Kien hawn li l-Ministru Skoċċiża, Nicola Sturgeon, ikkritikat l-imġieba ta’ dawn iż-żewġ players ta’ Aberdeen li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet marru jixorbu ġo bar u kisru l-protokoll kollu. Hi qalet li dawn l-affarijiet huma inaċċettabbli speċjalment minn players professjonali.

Share With: