42 każ ġdid filwaqt li jirkupraw 60 persuna

Minn 2,444 swab test li saru fuq medda ta’ 24 siegħa rriżultaw 42 każ ġdid ta’ Covid-19. Dan kien ikkonfermat mill-Ministeru għas-Saħħa li fl-istess waqt qal li kien hemm 60 persuna li rkupraw mill-virus. B’hekk in-numru ta’ każi attivi f’Malta issa jammontaw għal 658.

Intant filwaqt li l-każi rapportati llum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ irriżulta li kien hemm 11-il każ relatati ma’ tixrid tal-virus fost qraba minn każi diġà magħrufin, tliet każi li kienu ġew f;kuntatt dirett ma’ każi oħrajn pożittivi, żewġ każi oħra mill-cluster tar-Residenza San Ġużepp, ħames każi ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol, każ minn attività soċjali, żewġ każi minn Casa Antonia, u każ li kien importat.

It-total kumplessiv ta’ persuni li kienu infettati bil-Covid-19 mill-bidu tal-pandemija issa tela’ għal 2,856, b’2,173 persuna jirkupraw mill-virus, filwaqt li 25 persuna mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Share With: