49 każ ġdid; Il-każi attivi jitilgħu għal 507

Minn 1,666 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa, irriżultaw 49 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 41 persuna li rkupraw. Dan wassal biex il-każi attivi f’Malta ta’ persuni infettati bil-Covid-19 issa tela’ għal 507.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 14-il każ ta’ tixrid tal-virus fost qraba, każ ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol, każ ta’ persuna li ġiet f’kuntatt dirett ma’ każ ieħor pożittiv, żewġ każi kienu importati, u tliet każi rriżultaw minn attivitajiet soċjali ma’ każi oħrajn pożittivi.

Share With: