57 anzjan f’erba’ djar tal-anzjani pożittivi għall-Covid-19

S’issa huma erbgħa dawk id-djar tal-anzjani li s’issa rriżultaw b’każi pożittivi fost ir-residenti. Dawn huma tas-Simblija, Casa Antonia, Casa San Paolo u Resindeza San Ġużepp, b’total ta’ 57 każi attivi ta’ residenti.

Dan kien ikkonfermat mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali li qal li f’kull dar residenzjali tal-anzjani li ġiet milquta mill-COVID-19, ġew ittestjati kemm residenti kif ukoll l-istaff. 

Barra minn hekk, id-djar qed japplikaw il-proċess ta’ staff-to-patient allocation, safe bubbles f’kull sular kif ukoll miżuri għolja ta’ infection control. Dan kollu qed isir sabiex jonqos ir-riskju li jinfirex il-virus. F’dawn id-djar, ir-residenti kollha li ġew negattivi qed jerġgħu jiġu ttestjati wara tlett ijiem sabiex ikun hemm monitoraġġ għoli ta’ din is-sitwazzjoni.

Il-Ministeru żied jgħid li l-qraba tar-residenti kollha li qegħdin fid-djar residenzjali li għandhom każijiet pożittivi u negattivi qed jiġu infurmati bl-iżviluppi u bil-kundizzjoni tar-residenti. 

Share With: