63 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa; Ifiqu 31 persuna

Fi żmien 24 siegħa kien hemm 63 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Dan filwaqt li kien hemm 31 persuna oħra li kienu reġistrati bħala li rkupraw mill-virus. Dan ifisser li għal darb’oħra kien hemm żieda fin-numru ta’ każi attivi, li issa jammontaw għal 388 każ.

Fuq l-istess medda ta’ ħin ittieħdu 2,044 swab test, biex it-total kumplessiv tas-swab tests minn Marzu ’l hawn issa jammonta għal 207,185.

Intant mill-każi tal-bieraħ kien hemm ħames każi li huwa qraba ta’ każi diġà pożittivi, tliet każi ta’ trasmissjoni fuq il-post tax-xogħol, każ ta’ persuna li ġiet f’kuntatt ma’ persuna pożittiva għall-Covid-19. kien hemm ukoll każ li kien importat u seba’ każi minn djar differenti tal-anzjani.

Share With: