AC Milan jakkwistaw lil Sandro Tonali

AC Milan akkwistaw is-servizzi tal-midfielder żagħżugħ ta’ Brescia, Sandro Tonali. Il-ġganti Taljani ftiehmu ma’ Brescia li jiffirmaw lill-player fuq bażi ta’ self imħallas biex eventwalment jagħżlu li jixtruh fl-aħħar tal-istaġun li ġej. F’dawn l-aħħar jiem anke Liverpool u Manchester United urew ix-xewqa li jieħdu lil dan il-player iżda xejn ma seħħ f’dan ir-rigward. 

Fil-veritá matul ix-xhur ta’ Ġunju u Lulju kienu r-rivali mill-istess belt, Inter, li kienu ferm favoriti li jakkwistaw lil Tonali iżda fl-aħħar ġranet, huma abbandunaw din l-idea.

Tonali spikka ferm matul l-istaġun ma’ Brescia u għalkemm ġew relegati, huwa sab iċ-ċans li jiskorja goal u jwettaq seba’ assists.

Share With: