AC Milan jinsistu fuq Tiemoue Bakayoko

AC Milan għadhom ma qatgħux qalbhom biex jakkwistaw lill-midfielder ta’ Chelsea, Tiemoue Bakayoko. Ir-Rossoneri jinsabu ferm viċin li jakkwistaw il-firma tal-player minn Franza bil-coach Stefano Pioli  qed iħeġġeġ lid-diriġenti tiegħu biex jaslu għal dan l-akkwist.

Bakayoko diġá kellu esperjenza ta’ self fi Stadio San Siro żewġ staġuni ilu fejn lagħab 31 partita u skorja goal wieħed biss. Matul l-istaġun li għadda kien misluf lil Monaco.

Min-naħa tagħhom, Chelsea jafu li aħjar ibiegħu lil dan il-player minħabba li l-coach Frank Lampard ma jidhirx li għandu pjani għall-player ta’ 26 sena. 

Share With: