Adriano Galliani: L-akbar dispjaċir li ma żammejtx lil Zlatan Ibrahomovic u Thiago Silva

L-ex kap eżekuttiv ta’ AC Milan, Adriano Galliani, tkellem fuq iż-żmien meta kien imexxi l-operat tar-Rossoneri b’mod partikolari s-suq tat-trasferimenti.

Galliani, li llum il-ġurnata jokkupa l-kariga ta’ direttur ġenerali ta’ Monza Calcio fi proġett li beda l-eks president Silvio Berlusconi, qal bla tlaqliq li meta jaħseb f’Milan, mill-ewwel jiġuh f’moħħu s-suċċessi li hu kiseb fis-snin disgħin u elfejn. 

Minkejja kollox, Galliani sostna li għandu żewġ players li jinsab iddispjaċut li ma setax iżommhom mar-Rossoneri, jiġifieri, Zlatan Ibrahimovic u Thiago Silva. Dawn it-tnejn kienu telqu f’daqqa biex marru jilagħbu ma’ Paris St Germain fi Franza. Galliani rrikonoxxa li dawn il-players kien għad fadlilhom ħafna x’jagħtu lil Milan u xhieda ta’ dan hu l-mod kif mar-ritorn tiegħu Ibrahimovic għamel impatt enormi.

Galliani semma’ wkoll il-fatt li ma rnexxielux jakkwista s-servizzi ta’ Carlos Tevez li eventwalment ingħaqad ma’ Juventus.

Finalment Galliani ma naqasx milli jsemmi l-avventura pożittiva li għaddej minnha ma’ Monza Calcio u qal li huma bħala team għandhom għanijiet ċari.

Share With: