AĠĠORNAT: Imut il-ħaddiem involut f’inċident fil-Freeport

Ħaddiem tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident fil-Port Ħieles.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30 p.m., b’tim mediku, flimkien ma’ membri mill-Protezzjoni Ċivili jmorru immedjatament l-Port Ħieles biex jipprovaw isalvaw ħajjet il-ħaddiem.

Inewsmalta hija mgħarrfa li fil-ħin tal-inċident il-ħaddiem kien jinsab f’gabina ta’ lifter meta għal raġunijiet mhux magħrufa waqa’ kontejner li jidher li laqat il-gabina tal-lifter fejn kien jinsab il-ħaddiem.

L-operazzjoni mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili f’tentattiv li jiġi salvat il-ħaddiem ħadet it-tul, madankollu b’xorti ħażina huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Share With: