AĠĠORNAT: Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li jammetti li seraq kartiera lil anzjana

Raġel ta’ 29 sena mill-Fgura ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €5,000 wara li ammetta li seraq kartiera lil anzjana ta’ 73 sena. L-inċident seħħ fid-29 ta’ Awwissu li għadda fi Triq Lampuka f’Ħal Tarxien.

Huwa kien akkużat ukoll li sar reċidiv.

L-akkużat ammetta għall-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu, bil-Maġistrat Yana Micallef Stafrace tilqa’ t-takba tal-avukat Noel Bartolo biex isir rapport dwar il-qagħda soċjali tal-akkużat.

Il-Qorti ordnat ukoll divjett fuq isem l-akkużat.

Share With: