AĠĠORNATA: Gerald Fenech jikkjarifika … “M’hemm l-ebda każ relatat mal-Każin Banda Imperial”

Wara li fl-aħħar sigħat intalab mill-Każin tal-Banda Imperial biex jikkjarifika dwar dak li kien qal aktar kmieni Gerald Fenech għamel dan ftit minuti wara. 

Fenech kiteb jikkjarifika “Ma hemm l-ebda każ relatat mal-Każin Banda Imperial fil-Mellieħa relatat mal-festa nhar is-7 u 8 ta’ Settembru”.

Aktar qabel: Il-Banda Imperial titlob apoloġija minn Gerald Fenech … jingħata ħin sat-8 tal-lejla

L-Għaqda Mużikali Imperial għadha kemm bagħtet ittra lil Gerald Fenech sabiex tikkontesta l-aħbar li ħareġ kważi erbat ijiem ilu dwar każ ta’ persuna pożittiva għall-COVID-19 relatat mal-istess Għaqda. Dan sar biex tħares l-interessi u r-reputazzjoni tagħha. Tennew  li l-Għaqda Mużikali Imperial, bħal ma dejjem għamlet, kommessa li tkompli timxi mal-protokolli stretti li jirregolaw l-operat tal-istabbilimenti tal-ikel u tieħu l-miżuri kollha sabiex trażżan l-imxija tal-COVID-19.

L-Għaqda Mużikali Imperial sostniet li “int allegajt li kien hemm każ ta’ persuna pożittiva għall-Covid19 likien relata b’xi mod mal-Għaqda Mużikali Imperial. Wara kważi erbat ijeim minn meta tellajt din l-aħbar u bil-contact tracing mill-awtoritajiet kompetenti konklużi fuq il-każijiet li rriżultaw pożittiv fid-data li semmejt int, ma joħroġ minn imkien li dak li int alletajt hu minnu. Barra minn hekk, sa llum, il-Kumitat Direttiv tal-istesss Għaqda Mużikali Imperial ma ġiex avviċinat mill-awtoritajiet kompetenti dwar dan l-allegat u dwar l-ebda każ ieħor”.

L-għaqda qalet li “f’dan ir-rigward, qed uffiċjalment u formalment nitolbok biex, b’mod immedjat u fi kwalunkwe każ, mhux aktar mit-8.00 ta’ filgħaxija tas-16 ta’ Settembru, tippubblika stqarrija b’apoloġija fuq l-istess mezzi li inti użajt biex ixxandar l-imsemmija aħbar u dan talli implikajt inkorrettament u inġustament b’mod dirett, u għal raġunijiet li mhumiex in bona fede, l-Għaqda Mużikali Imperial f’dan il-każ. Fin-nuqqas ta’ dan u mingħajr ebda preġudizzju għall-aġir tiegħek jew għan-nuqqas tiegħu, l-għaqda mużikali qiegħda tirriserva d-dritt li tagħmel rapport lill-Pulizija u li tieħu l-passi ġudizzjarji kollha li tagħtiha l-liġi biex tħares u tissalvagwardja r-reputazzjoni u l-interessi tagħha.”

Share With: