Aktar minn €35,000 għall-familji fil-bżonn minn għawma għall-karità

L-ewwel avveniment li sar b’risq Victory Kitchen ġabar ‘il fuq minn €35,000. Rafel Sammut, fundatur ta’ Victory Kitchen, organizza għawma biex jiġbor fondi li bihom l-organizzazzjoni tista’ tibqa’ tappoġġja lill-ħafna individwi u familji Maltin li huma fil-bżonn.

L-għawma saret nhar il-Ħamis, 10 ta’ Settembru 2020. Din ġiet posposta mit-Tnejn 7 ta’ Settembru minħabba kundizzjonijiet tat-temp mhux favorevoli. Rafel, flimkien ma’ Clyde Bonello, għamew distanza ta’ 15km. Huma telqu miċ-Ċirkewwa fis-6 ta’ filgħodu u għamew sa Dingli Cliffs.

Victory Kitchen tittama li dan l-avveniment jgħin biex jitqajjem għarfien dwar il-missjoni tagħhom, u jħeġġeġ lill-pubbliku biex jgħinhom ikomplu jitimgħu aktar nies fil-bżonn.

Rafel qal “Nixtieq nirringrazzja lil kull min appoġġjana sal-lum. Mil-bidu ta’ Marzu 2020 tmajna 19,757 persuna u 6,952 familja. Iżda hemm ħafna iktar xi jsir. Permezz tal-għajnuna minn għand il-pubbliku, issa nistgħu nkomplu nagħmlu dan ix-xogħol. ”  

Tista’ tgħin lil Victory Kitchen tappoġġja aktar familji billi tibgħat donazzjonijiet permezz ta’ Revolut fuq +356 99441950 jew +356 79796171. Barra min hekk, id-donazzjonijiet jistgħu jintbagħtu permezz tal-BOV mobile fuq +356 99906056. Għandek tinkludi in-nota ‘Support Victory Kitchen’ meta tagħmel id-donazzjoni.

Għal aktar informazzjoni dwar Victory Kitchen u biex issir taf kif tista’ tgħin, idħol fuq www.victorykitchenmalta.org.

Share With: