Al Nassr joffru kuntratt lil Alejandro Papu Gomez

Il-club mill-Arabja Sawdija Al-Nassr offrew is-somma ta’ €7.5 miljun lill-attakkant Arġentin ta’ Atalanta, Alejandro Papu Gomez. Saħansitra Atalanta jistgħu jieħdu s-somma ta’ €15-il miljun.

Atalanta qed iħallu din id-deċiżjoni f’idejn il-player Sudamerikan għalkemm dan ir-rapport jgħid li hu kapaċi jirrifjuta din l-offerta minħabba li t-team tiegħu se jkun qed jilgħab fil-UEFA Champions League matul l-istaġun li ġej. 

Id-diriġenti ta’ Al-Nassr iridu jagħtu kuntratt ta’ sentejn lil Gomez għalkemm jidher li se jkun diffiċli jipperswaduh.

Gomez ilu ma’ Atalanta sa mis-sena 2014 bil-kuntratt tiegħu jiskadi f’Ġunju tas-sena 2022.

Share With: