Aleksandar Kolarov jingħaqad ma’ Inter

Sar magħruf li l-attakkant veteran mis-Serbja Aleksandar Kolarov ħalla lil Roma biex ingħaqad ma’ Inter. Jidher li d-diriġenti taż-żewġ naħat iltaqgħu t-Tlieta filgħaxija biex ftehmu dwar dan it-trasferiment li se jieħu miegħu lejn Milan ħafna esperjenza. 

Il-coach ta’ Inter Antonio Conte jinsab ferm kuntent li l-ogħla awtoritajiet tal-club irnexxielhom jikkuntentawh hekk kif xtaq alternattiva għall-iskorer prolifiku, Romelu Lukaku, li lagħab il-logħbiet kollha matul l-istaġun li għadda. 

Kolarov se jkun qed jilgħab mas-sitt club tal-karriera tiegħu wara esperjenzi ma’ Cucaricki, OFK Beograd, Lazio u Manchester City.

Kolarov lagħab 90 partita mat-team nazzjonali Serb u skorja 11-il goal.

Share With: