Alessandro Florenzi onorat li qed jilbes il-flokk ta’ PSG

Id-difensur lemini Taljan Alessandro Florenzi mar fuq is-sit soċjali tiegħu fuq Twitter sabiex jirringrazzja lil kull min tah merħba speċjalment wara d-debutt li kellu ma’ Paris St Germain fil-Ligue 1 Franċiża.

Minkejja li PSG tilfu l-konfront tagħhom kontra Marseille, Florenzi kien sodisfatt u fuq kollox onorat li skond hu qed jilbes flokk daqshekk importanti u fisser lit-team mill-belt kapitali Franċiża bħala wieħed mill-aqwa timijiet fl-Ewropa

Il-player ta’ 29 sena ingħaqad b’self ma’ PSG mingħand Roma u sostna li jrid jgħin lit-team tiegħu sabiex jerġa’ jirbaħ il-kampjonat Franċiż.

Huwa qal li jinsab diżappuntat bir-riżultat li kisbu għalkemm ammetta li kellhom xi players importanti neqsin.

Skond il-ġurnalisti Franċiżi, Florenzi ġie vvutat bħala l-aqwa player fil-ground f’din il-partita li ntlagħbet f’Parc des Princes.

Share With: