Alessio Romagnoli jirkupra u jirritorna għat-taħriġ

Il-captain ta’ AC Milan, Alessio Romagnoli, irkupra mill-injury li kellu fl-għaksa u beda mill-ġdid is-sessjonijiet ta’ taħriġ taħt il-gwida tal-coach Stefano Pioli.

Id-difensur ċentrali beda dieħel bil-mod għal dawn is-sessjonijiet ta’ taħriġ għalkemm għad irid jaħdem aktar mal-fiżjo-terapisti sabiex jirkupra għal kollox u jkun aħjar fiżikament.

Sadanittant f’aħbarijiet oħra li ħarġu minn Milanello, l-attakkant Rafael Leao, li rriżulta pożittiv għall-COVID-19, irritorna fiċ-ċentru tekniku tar-Rossoneri u beda s-sessjonijiet individwali bit-tama li jingħaqad ma’ sħabu ma jdumx.

Milan qed jippreparaw għal-logħba mit-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League li għandhom nhar il-Ħamis kontra Bodo Glimt li se tintlagħab fi Stadio San Siro.

Share With: