Alex Telles fir-radar ta’ Man Utd

Id-difensur ċentrali ta’ Porto, Alex Telles, jinsab fir-radar ta’ Manchester United li qed isegwuh b’ċertu interess. Fil-fatt scout tar-Red Devils kien fil-belt ta’ Porto biex jara lill-plejer ta’ 27 sena fl-azzjoni meta lagħab għall-club Portugiż fir-rebħa tajba li kellhom kontra Braga.

Il-laqgħat bejn iż-żewġ clubs jidhru avvanzati u hawn min qed jgħid li hi biss kwistjoni ta’ sigħat sabiex Telles jilbes il-flokk aħmar tal-club.

Telles għandu esperjenza vasta fil-qasam internazzjonali meta lagħab ma’ Juventude, Gremio, Galatasaray u Inter. Hu ngħaqad ma’ Porto fis-sena 2016 u minn dakinhar lagħab 127 darba u skorja 21 goal.

Share With: