Allan jingħaqad ma’ Everton

“Bem-vindo Allan”. Dawn kienu l-kliem li dehru fil-profil uffiċjali fuq Twitter ta’ Everton li laqgħu bil-ferħa l-aħbar li l-midfielder internazzjonali Brażiljan, Allan Marques Loreiro, se jmur jilgħab f’Goodison Park. B’hekk il-player ħalla lil Napoli wara li kien ilu magħhom sa mis-sena 2015. Huwa deher 168 partita u skorja 11-il goal mat-team li jilgħab fi Stadio San Paolo.

Huwa rrappurtat li t-Toffees ħadu lil Allan għas-somma ta’ £21.7 miljun. Huwa ffirma kuntratt ta’ tliet snin u se jkun qed jiġi kkowċjat mill-coach Carlo Ancelotti wara ż-żmien li qattgħu flimkien ma’ Napoli.

Share With: