Allan viċin Everton

Ġie kkonfermat li l-midfielder ċentrali Brażiljan, Allan Marques Loureiro, magħruf aħjar bħala Allan temm l-esperjenza ta’ ħames snin ma’ Napoli.

Il-player ta’ 29 sena se jmur jilgħab fil-Premier League Ingliż ma’ Everton fejn hemmhekk se jerġa’ jsib lill-coach Taljan, Carlo Ancelotti. It-trasferiment huwa mistenni li jlaħħaq madwar €25 miljun li jinkludu wkoll xi bonuses oħra.

F’dawn l-aħħar xhur, l-ex player ta’ Vasco da Gama u Udinese xejn ma deher għal qalbu fi Stadio San Paolo u talab lid-diriġenti Naplitani biex jitfgħuh fuq il-lista tal-players li se jitilqu.

Share With: