Andre Silva ma’ Eintracht Frankfurt

AC Milan ħabbru uffiċjalment li laħqu ftehim ma’ Eintracht Frankfurt sabiex l-attakkant internazzjonali Portugiż Andre Silva jmur jilgħab fid-Deutche Bank Park. Dan il-ftehim ta lok biex ir-Rossoneri jkunu jistgħu jaċċertaw ruħhom li jieħdu għal kollox lill-attakkant Kroat, Ante Rebic. 

Silva kien inxtara mingħand Porto fis-sena 2017 għal €39 miljun iżda qatt ma impressjona fiż-żmien kemm kien ilu fil-belt min-naħa ta’ fuq tal-Italja. Tant hu hekk li l-plejer mar b’self ma Sevilla fl-istaġun 2018-19.

Andre Silva skorja biss 10 goals f’41 partita ma’ AC Milan. Mill-banda l-oħra fiż-żmien meta kien b’self ma’ Eintracht Frankfurt huwa skorja 16-il goal f’37 partita.

Share With: